Żejt tal-Palma li ma tistax tuża

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qal li ż-żejt tal-Palma tad-ditta MP li joriġina min-Niġerja m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih il-kulur Sudan IV li m’huwiex awtorizzat li jintuża fl-ikel.

 Isem tal-prodott:Palm Oil (Zomi oil)
 Ditta:MP
 Data tad-durabbilità:31/12/2019
 Użin:Litru
 Deskrizzjoni tal-maħfen:Flixkun tal-plastik
 Oriġini:Niġerja

Id-Direttorat tas-Sorveljanza tas-Suq jista’ jiġi kkuntattjat fuq 2395 2000; b’imejl fuq msd.mccaa@mccaa.org.mt; jew fuq il-paġna tal-Facebook tal-MCCAA.