Żeffiena ta’ Madonna fil-Eurovision tallega li ġiet interrogata fl-Ajruport tal-Iżrael

Mona Bertnsen. Ritratt: Instagram

Waħda miż-żeffiena li Madonna kellha s-Sibt li għadda għal waqt il-parteċipazzjoni tagħha fil-Eurovsion Song Contest, allegat permezz ta’ messaġġ fuq l-instagram, li kienet esperjenza pjuttost intensa meta kienet se titlaq mill-Iżrael wara l-wirja kontroversjali li taw bil-kanzunetta Future, fejn twassal messaġġ politiku bil-bnadar tal-Iżrael u l-Palestina wżati, mingħajr ma kienu approvati mill-organizzaturi tal-Eurovision Song Contest, kif ukoll mill-istazzjon Nazzjonali tal-Iżrael, KAN.

Iż-żeffiena, Mona Berntsen, kienet dik liebsa l-bandiera tal-Palestina waqt li Madonna u r-rapper Quavo interpretaw il-kanzunetta Future li se tkun inkluża fl-album il-ġdid Madame X li l-kantanta ta’ 60 sena se tkun qed tniedi fl-14 ta’ Ġunju.

Screen shot tal-messaġġ li Mona Bertnsen tellgħet illum fuq l-Instagram

Fil-messaġġ tagħha, Mona Berntsen irringrazzjat lil Madonna tal-opportunita li tatha u żiedet tgħid kemm kien tassew importanti li jwasslu l-messaġġ tagħhom fil-Eurovision u li prova ta’ dan kien il-mod kif kienet imwaqqfa fl-ajruport ta’ Tel Aviv hi u sejra lejn pajjiżha. Allegat li għaddiet minn interrogazzjoni ta’ aktar minn siegħa.

Il-post fuq Instagram li tellgħet din iż-żeffiena issa tneħħa iżda hemm kopji tiegħu jduru fuq diversi siti tal-internet.