Żeffiena Maltin jirbħu konkors internazzjonali f’Bologna

Grupp ta’ żeffiena minn Dancel Dance Studio kisbu l-ewwel post fil-Bologna Open Dance Festival li sar f’Palazzo Castanso.
Taħt il-koreografija ta’ Celaine Buhagiar, iż-żeffiena kisbu l-ewwel post fost il-gruppi kollha li ħadu sehem.
Apparti minn hekk, kisbu wkoll l-ewwel post fil-kategorija showdance biż-żifna tagħhom Forbidden City li kellha tema Asjatika.
Il-kampjonat kien organizzat minn Emportio Gabusi, kumpanija prestiġjuża taż-żfin.
Għal dan il-grupp ta’ żeffiena, din kienet it-tielet rebħa konsekuttiva f’dan l-istaġun.