Żbilanċ ta’ €118.9 miljun bejn Jannar u Mejju

Matul l-ewwel ħames xhur tas-sena l-finanzi tal-Gvern kellhom żbilanċ ta’ €118.9 miljun.
Mill-istatistika tal-NSO jirriżulta li bejn Jannar u Mejju kien hemm żieda ta’ €185.8 miljun fid-dħul rikurrenti meta mqabbel mal-istess xhur tas-sena li għaddiet.
Kien hemm żieda fl-ispiża li tammonta għal €65.7 miljun u b’hekk kien hemm differenza ta’ €120 miljun.
Mill-istatistika jirriżulta li d-dħul rikurrenti kien jammonta għal €1,339 miljun jew żieda ta’ 16.1% fuq l-istess żmien tas-sena li għaddiet.
L-ikbar kontributuri kienu l-grants, dazji, it-taxxa tad-dħul u t-taxxa tal-VAT.
L-ispiża rikurrenti kienet tammonta għal €1,183.
L-interessi bejn Jannar u Mejju kienu jammontaw għal €96 miljun filwaqt li l-ispiża kapitali kienet tlaħħaq il-178 miljun.
Sal-aħħar ta’ Mejju, id-dejn tal-Gvern kien €5,345 miljun jew żieda ta’ €61.4 miljun.