“Żball uman” l-isplużjoni ta’ sptar fl-Afganistan

Il-Pentagon fl-Istati Uniti ammetta li l-attakk fuq l-isptar ta’ Médecins Sans Frontières, fl-Afganistan, xahar u nofs ilu, kien “żball uman”.
Inkjesta mill-armata Amerikana turi li l-ekwipaġġ tal-ajruplan ħaseb li l-klinika kienet struttura tal-Gvern li kienet sfat f’idejn it-Talibani.
Mill-inqas 30 persuna mietu fl-attakk li l-organizzazzjoni medika kienet iddeskriviet bħala “reat ta’ gwerra”.