Żball tekniku tal-VAR iħawwad il-partitarji ta’ Spurs

Il-kumpanija li tipprovdi lill-Premier League t-teknoloġija tal-assistenza għar-referees permezz tal-vidjow (VAR), skużat ruħha wara li tellgħat grafika inkorretta fuq il-big screen. Dan ġara waqt il-logħba bejn Tottemham u Watford, li eventwalment spiċċat fi draw ta’ 1-1.

Dele Alli salva punt għal Spurs wara li l-VAR iddecidiet li ma kienx hemm ebda handball u b’hekk ingħata l-gowl. Iżda ftit qabel fuq l-iscreen deher li l-gowl ma kienx se jingħadd.

Il-kumpanija qalet li qed taħdem mal-Uffiċjali tal-Board u l-Premier League biex tipprova tifhem x’ikkawża din il-problema.

Riżultati oħra:

Everton 2-0 West Ham United

AFC Bournemouth 0-0 Norwich City

Aston Villa 2-1 Brighton & Hove Albion

Chelsea 1-0 Newcastle United

Leicester City 2-1 Burnley

Wolverhampton Wanderers 1-1 Southampton

Crystal Palace 0-2 Manchester City