Wara żball fir-riżultat finali tal-Eurovision, Malta bil-kanzunetta Chameleon kantata minn Michela Pace telgħet żewġ postijiet fil-klassifika. Għalhekk issa tinsab fl-14-il post.
Il-Eurovision Broadcasting Union fi stqarrija spjegat li minħabba li l-Belarus żvelat il-mod kif ivvutat fl-ewwel semifinali dawn ma setgħux jivvutaw fil-finali. Minħabba f’hekk l-EBU ħadet riżultat apporssimattiv tal-pajjiżi li vvutaw b’mod simili.
L-EBU spjegat li wara li saret evalwazzjoni indunaw li r-riżultat sar ħażin minħabba żball uman u għalhekk irranġaw l-iżbal.
Dan l-iżball m’affettwax l-ewwel erba’ posijiet tal-klassifika u għalhekk m’affettwax lir-rebbieħ tal-Eurovision.
Min-naħa tiegħu Howard Keith Debono qal li seħħew diversi żbalji umani u qal li jħossu grat li Spotify u Google mhux immexxija mill-EBU.
Ara: Chameleon ta’ Michela mal-ewwel 3 fuq Spotify