Żbalji li wieħed jagħmel qabel ma jsiefer

Btala f’dan iż-żmien tas-sena tista’ tkun stressanti ħafna, minħabba li huma l-bosta li jivvjaġġaw f’dan iż-żmien u riżultat ta’ dan, l-ajruporti jkunu kaos sħiħ. Bejn li trid tkun ċert li ppakjajt kollox u li rriservajt it-titjira u l-lukanda tajjeb, huwa faċli ħafna li tinsa’ xi ħaġa jew tagħmel xi żball li jsarraf f’aktar ħin u flus moħlija.

Tibbukkja ma’ lukandi żgħar

Lukandi kbar u rinomati ġeneralment ikollhom aktar offerti u jaf issib prezzijiet ħafna aħjar milli kieku tibbukja ma xi lukanda żgħira jew boutique lodging.

Ma ssaqsix għal skontijiet

Wieħed jista’ jiffranka ammont ta’ flus billi jsaqsi jekk jistax ikollu xi skont fuq dak li jkun qed iħallas għalih. Imbilli ma tarax xi riklam li hemm xi skont, ma jfissirx li ma tistax issaqsi!

Tippakja aktar milli għandek bżonn

Sakemm ma tmurx fuq xi btala fejn se tkun qed iddum, m’għandekx għaliex tieħu bagalja żejda b’aktar ħwejjeġ. Il-maġġoranza tad-drabi tispiċċa tilbes l-istess żewġt iqliezet u forsi erba’ flokkijiet. Jekk jirnexxielek tikkontrolla, tista’ anka tevita’ li tħallas tariffi żejda għal bagalja kbira.

Ma tagħmilx iċ-check in onlajn

Kun ċert li ċ-check in tkun għamiltu onlajn mid-dar. Jaf jekk tagħmlu mill-ajruport teħel aktar flus u fl-istess ħin jekk tkun lest minn qabel, ma jkollokx għaliex tmur daqsekk minn kmieni biex toqgħod fil-kju tistenna.