Żbalji fis-sigurtà bankarja jinsabu għall-bejgħ

Numru kbir ta’ nuqqasijiet fis-sistema tas-sigurtá bankarja globali ġew żvelati f’dokumenti li qed ikunu rkantati fuq l-internet għal €2 miljun.
Qed jingħad li dawn id-dokumenti kienu magħmula mill-Aġenzija tas-Sigurtà Nazzjonali tal-Istati Uniti (NSA).
Dawn id-dokumenti jistgħu jintużaw biex is-sistema bankarja tad-dinja tkun aċċessata mingħajr permess u min ikollu aċċess ikun jista' jsegwi t-tranżazzjonijiet finanzjarji mingħajr ma jkun jaf ħadd.
Id-dokumenti kienu żvelati minn grupp tal-hacking bl-isem Shadow Brokers.
Jekk il-ġenwinità ta’ dawn id-dokumenti tkun verifikata, dan jista' jkun l-akbar skandlu għall-NSA minn mindu kienu żvelati dokumenti sigrieta fl-2013 minn Edward Snowden.
Ritratt: Il-kwartieri tal-NSA fl-Istati Uniti