Zaza se jkollu jitlaq minn ma’ Valencia

Skont artiklu fis-sit Spanjol El Gol Digital, Valencia ser ikollhom iċedu lill-attakkant Taljan Simone Zaza sabiex ikunu jistgħu jħallsu l-flus dovuti lil Inter għall-akkwist ta’ Geoffrey Kondogbia matul is-sajf illi għadda. Jista’ jkun ukoll illi Zaza jinbiegħ għas-somma miżera ta’ €5 miljun minħabba raġuni partikolari.
Xnigħat viċin il-klabb min-nofsinhar ta’ Spanja qed jgħidu illi l-attakkant Fernando Torres jista’ jkun l-akkwist il-ġdid tagħhom minħabba li El Nino jinsab fl-aħħar xhur mal-Colchoneros.
Sadanittant Valencia għandhom sal-31 ta’ Mejju sabiex iħallsu s-somma sħiħa għall-akkwist ta’ Kondogbia.