Żaren tal-Ajkla jħossu ħażin

Il-kandidat indipendenti Nazzareno Bonnici, jew kif inhu magħruf ‘Żaren tal-Ajkla’ kważi ħassu ħażin illum waranofsinhar.

Huwa kien għadu kemm ħa sehem f’dibattitu tal-Awtorità tax-Xandir li se jixxandar illejla.

Wara li spiċċa d-diskors tiegħu, Żaren qam bilwieqfa u beda’ jiċċajta mal-preżentatriċi u persuni oħra.

F’ħin minnhom jidher li kkommova ruħu u qal li jrid imur l-isptar filwaqt li tefa’ idu ma’ rasu. Qal li ġralu hekk għax ‘iħoss għall-poplu’.

B’xorti tajba, Żaren beda jħossu aħjar wara li ħa ftit ilma u qagħad bilqegħda. Żaren irkupra ftit wara.

Infatti, ftit minuti wara ried ikanta l-innu tal-partit tiegħu lil Ruth Amaira.

Eżatt wara baqa’ ġej fil-kamra tal-aħbarijiet tagħna biex biex jiġi intervistat minn www.newsbook.com.mt