Zanzibar: Aċtu mwaddab fuq volontiera Ingliżi

Żewġ żgħażagħ Ingliżi li kienu qed jagħmlu xogħol f’Zanzibar, sfaw vittmi ta’ attakk bl-aċtu. Iż-żewġ tfajliet, li għandhom 18-il sena, kienu jinsabu fi Stone Town, fil-punent tal-gżira fl-Oċean Indjan.  

Skont xhieda li kienu hemm fil-post meta seħħ l-attakk, l-aċtu tefgħuh żewġt irġiel huma u mexjin fi triq dejqa tal-Kapitali. Wara li tefgħu l-aċtu fuq it-tfajliet Ingliżi, dawn l-irġiel ħarbu minn fuq il-post permezz ta’ mutur.  

Sa issa, l-aggressuri għadhom ma ġewx identifikati filwaqt li r-raġuni wara l-attakk għadha mhix magħrufa.