Tasal fi tmiemha ż-żjara qasira tal-captain Interist Javier Zanetti f’ Malta. It-Tnejn filgħaxija ġie milqugħ minn numru kbir ta’ partitarji Interisti Maltin f’lukanda magħrufa f’Malta.
Zanetti flimkien mal-familja tiegħu u mal-koordinatur taċ-Centro Coordinamento Inter Club, kienu sodisfatti ħafna b’din il-laqgħa.
Ingħataw tifkiriet tal-okkażżjoni minn naħa tal-Inter Club Malta u mil-klabb Taljan ta’ Inter. Fuq kollox l-Inter Club Malta ta lil Zanetti ċekk bis-somma ta ħamest elef Ewro b’risq il-Fondazzjoni P.U.P.I.
Huwa ndirizza lil dawk preżenti u wieġeb għal xi mistoqsijiet li sarulu.