Zanetti fiduċjuż illi l-aqwa ta’ Inter għadu ġej

Waqt intervista illi kellu mal-ġurnal Ingliż The Independent, il-Viċi-President ta’ Inter, JavierZanetti, tkellem b’mod pożittiv fuq il-familja Zhang illi qed imexxu lill-klabb.
“Il-proġett ta’ Suning huwa wieħed interessanti u ambizzjuż. Huma jaħdmu b’mod serju u għandhom rispett kbir lejn l-istorja ta’ dan il-klabb.”
“Flimkien nixtiequ li nerġgħu npoġġu dan il-klabb fil-glorja tas-suċċessi li kien magħruf għalih ftit tas-snin ilu.”
“Hemm ċertu strutturar illi qed isir u konvint li ser naslu ma ndumux. Hemm objettivi illi jridu jiġu milħuqa u fuq dak li qed jiġri matul dan l-istaġun nemmen illi għandu jirnexxielna.”
In-Neroazzurri jinsabu fit-tieni post tal-kampjonat tas-Serie A, żewġ punti taħt il-liders Napoli filwaqt illi għadhom bla telfa.