Zammit Lewis jgħid li Delia huwa kompliċi kontra t-trasparenza

Id-deputat Laburista Edward Zammt Lewis qal li l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia huwa kompliċi f’tattika kontra t-trasparenza. 
Huwa qal dan għax fi kliemu, Adrian Delia qed iwaqqaf investigazzjoni dwar ksur tal-liġi tal-finanzjamenti tal-partiti.
F’reazzjoni għas-sentenza tal-Qorti  Kostituzzjonali li nbdiet mill-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil, Zammit Lewis qal li Delia seta’ jirtira l-kawża iżda dan iddeċieda li jżommha.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista Randolph De Battista qal li biex jevitaw investigazzjonijiet dwar il-każijiet tal-invoices foloz li alllegatament ħareġ il-PN, tikkonferma kemm il-PN jemmen biss fil-governanza sakemm ma toqotx lilu direttament.