Zammit Dimech rapporteur dwar il-whistleblowers

Zammit-Dimech

Il-Membru tal-Parlament Ewropew Francis Zammit Dimech inħatar bħala Rapporteur tal-Grupp tal-PPE fil-Parlament Ewropew dwar il-whistleblowers. Dan wara li l-Kummissjoni Ewropea pproponiet liġi ġdida li ssaħħaħ il-protezzjoni tal-whistleblowers fl-Unjoni Ewropea.

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali fi ħdan il-Parlament Ewropew mistenni jippublika l-opinjoni tiegħu f’Ottubru.

F’rapport dwar il-Libertà tal-Midja u l-Pluraliżmu il-Membru tal-Parlament Ewropew Francis Zammit Dimech spjega kif il-protezzjoni tal-whistleblowers hija kruċjali għall-ġurnaliżmu investigattiv.

Zammit Dimech qal li huwa importanti li l-whistleblowers ikunu protetti għax dawn jiffaċċjaw riskji għolja ta’ tpattija wara dak li jkunu żvelaw. Huwa spjega li kieku ma kienx hemm whistleblowers ma konniex insiru nafu bl-iskandli tal-Panama Papers u ta’ Cambridge Analytica.

Dwar l-Att għall-Whistleblowers tal-Gvern, Zammit Dimech qal li dan ġie mfassal biex jippremja lil whistleblowers li jintgħoġbu mal-Gvern.