​Zammit Dimech jisħaq dwar soċjetà ċivili b’saħħitha

L-MEP Nazzjonalista Francis Zammit Dimech qal li pajjiż demokratiku għandu bżonn soċjetà ċivili b’saħħitha għax din hija importanti biex tagħrbel sewwa l-ħidma tal-gvern u tal-awtoritajiet tal-pajjiż. Qal li dan jgħodd l-aktar meta l-istituzzjonijiet ma jibqgħux jaħdmu b’mod indipendenti jew inkella jonqsu milli jħarsu l-interessi taċ-ċittadini.
Waqt li kien qed jindirizza l-Parlament Ewropew fi Strasburgu, Zammit Dimech irrefera għas-sitwazzjoni f’Malta fejn qal li dan l-aħħar attivisti ipprotestaw kontra żvilupp f’żoni ODŻ u biex tirbaħ il-ġustizzja fil-każ tal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.