​Zammit Dimech jinħatar ‘rapporteur’ tal-PPE dwar ix-xogħol

L-MEP Nazzjonalista Francis Zammit Dimech inħatar bħala Group Rapporteur dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-UE għall-Partit Popolari Ewropew.
Zammit Dimech semma kif il-ħaddiema u l-impjegati jixirqilhom l-ikbar rispett għax-xogħol li jagħmlu u qal li se jassigura li d-drittijiet tal-ħaddiema Maltin ikunu riflessi f’liġi ġdida dwar ix-xogħol.
F’attività organizzata mill-moviment Solidarjeta' Ħaddiema Partit Nazzjonalista, Zammit Dimech tkellem dwar rapport li qed jitħejja biex itejjeb il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea.
Qal li diversi aspetti jinkludu kuntratti tal-ħaddiema, il-perjodi ta' probation, il-possibiltà li ħaddiema jaħdmu għal iktar minn persuna
jew kumpanija waħda, il-ħinijiet tax-xogħol, u t-taħriġ fost affarijiet oħra.