Zammit Dimech jinawgura kwadru restawrat

Francis Zammit Dimech

Read in English.

Il-kandidat tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Francis Zammit Dimech inawgura kwadru ta’ San Mark li ġie restawrat.

Fi stqarrija, Zammit Dimech qal li qal dan waqt ċerimonja fil-Knisja l-Qadima (Ta’ Lapsi) f’San Ġiljan. Zammit Dimech qal li l-wirt kulturali hu parti integrali mill-identità tal-Maltin. Qal li jinsab kburi li seta’ jagħti l-kontribut tiegħu biex ikun restawrat il-kwadru ta’ San Mark l-Evanġelista.

Zammit Dimech, li jservi fil-Kumitat tal-Kultura fi ħdan il-Parlament Ewropew qal li Malta tgawdi minn wirt kulturali u storiku kbir u li hu l-obbligu ta’ kull ċittadin Malti li jħares dan il-patrimonju.

Il-kwadru restawrat kien mikxuf minn Zammit Dimech u mill-Kappillan Dun Claude Portelli. Il-kandidat faħħar lill-kumpanija Atelier del Restauro għax-xogħol li għamlet. Iċ-ċerimonja inkludent programm ta’ mużika mill-Ensemble tal-Junior College tal-Università ta’ Malta taħt id-direzzjoni tal-Maestro Manoel Pirotta.