Zammit Dimech isejjaħ laqgħa għall-ħaddiema Maltin

construction

Il-membru tal-Partit Popolari Ewropew Francis Zammit Dimech jixtieq jiltaqa’ ma’ dawk interessati dwar id-dritt tal-mobiltà minn xogħol għal ieħor u dawk li tinteressahom is-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.
Il-laqgħa se ssir nhar it-18 ta’ Ġunju fil-11.30am fl-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew il-Belt Valletta.
Zammit Dimech ġie appuntat biex jirrapporta lill-Parlament Ewropew dwar id-drittijiet tal-ħaddiema, speċjalment ta’ dawk li jaħdmu Malta u Għawdex. Huwa għandu r-responsabbiltà wkoll sabiex jirrapporta dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji li jinvolvu fost l-oħrajn l-elementi karċinoġeniċi.