“Żammejt il-wegħda tiegħi” – Henry

Madwar sena u nofs ilu l-attur Henry Zammit Cordina, flimkien ma’ membri tal-crew u atturi mis-sensiela popolari L-Għarusa kienu marru jagħtu d-demm.

“Dakinhar wegħdt lili nnifsi li nibda nagħti d-demm b’mod regolari. Illum jien żammejt il-wegħda li għamilt,” kiteb hu fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook waqt li ħeġġeġ ukoll lill-pubbliku biex jagħmel l-istess.

Il-cast tas-sensiela L-Għarusa madwar sena u nofs ilu meta marru jagħtu d-demm. Ritratt: Facebook/HenryZammitCordina

Fil-messaġġ tiegħu l-attur Henry Zammit Cordina fakkaar li meta wieħed ikun qed jagħti d-demm ikun qed isalva l-ħajjiet u anki jagħti appoġġ lil pazjenti tal-kanċer li jkollhom bżonn ħafna demm.

L-għoti tad-demm għandu jsir:

  • fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ kuljum 7 ijiem fil-ġimgħa mit-8:00am sas-6:00pm.  
  • fil-mobile blood donation unit li nhar is-Sibt 21 ta’ Novembru ser ikun fil-parkeġġ tal-Villaġġ Kummerċjali, PAMA, Il-Mosta. Dakinhar il-ħin disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm ikun mit-8:30am sas-1:00pm.
  • fil-mobile blood donation unit li nhar il-Ħadd 22 ta’ Novembru ser ikun quddiem il-Knisja tas-Salib Imqaddes, Żona Sant’ Andrija, Ħaż-Żabbar. Dakinhar il-ħin disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm ikun mit-8:30am sas-1:00pm.
  • fil-Berġa tax-Xewkija li nhar il-Ħadd 22 ta’ Novembru ser tkun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mit-8:00am sas-1:00pm.

Noti importanti!

Meħtieġ li wieħed iġib il-Karta tal-Identità, jew il-Liċenzja tas-Sewqan jew Passaport Malti, u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.

Kull min ser jersaq biex jagħmel it-test, jew qed jistenna r-riżultat tal-coronavirus ma jkunx jista’ jitħalla jagħti demm għal perjodu temporanju.