ŻAK: B’investiment f’enerġija nadifa f’dar għall-ħidma taż-żgħażagħ

Iż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika (ŻAK) niedew proġett fid-dar li din l-għaqda tuża fil-ħidma tagħha. L-għan ta’ dan il-proġett hu, li jgħin liż-żgħażagħ li se jkunu qed jużaw dan il-post biex jifmhu aktar l-importanza li jibżgħu għall-ambjent.

Dan l-investiment ta’ €350,000 hu ko-finanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropea u se jikkonsisti f’sistema ta’ pannelli fotovoltajiċi, sistema ta’ dawl li hija energy efficient u apparat tal-ilma li jnaqqas il-konsum.

Permezz ta’ dan il-proġett bl-isem ta’ Reducing ŻAK’s House’s Carbon Footprint, l-emissjonijiet li jipproduċi dan il-post, se jitnaqqsu b’madwar 15,000kg fis-sena.