Zaha jiffirma kuntratt ġdid ma’ Crystal Palace

Wilfried Zaha għazel li jibqa’ ma’ Crystal Palace hekk kif iffirma kuntratt ġdid sal-istaġun 2022-23. L-attakkant mistenni jaqla’ £130,000 fil-ġimgħa u l-ebda klawżola ma giet inkluża fil-ftehim.

Zaha ngħaqad ma’ Crystal Palace meta kellu 12-il sena u skurja 44 gowl f’288 logħba. Hu mar ma’ Manchester United fl-2013 iżda l-esperjenza tiegħu f’Old Trafford intemmet malajr peress li l-eks kowċ tar-Red Devils David Moyes qatt ma tah ċans. Il-plejer internazzjonali tal-Kosta tal-Avorju ġie ppremjat bħala l-aqwa plejer tas-sena ta’ Crystal Palace għal dawn l-aħħar tliet staġuni.