Żagħżugħa weġġgħet gravi f’inċident tat-traffiku f’Birżebbuġa

📷: Miguela Xuereb

Żagħżugħa ta’ 23 sena minn Ħal Qormi weġġgħet gravi hekk kif il-karozza li kienet fiha ħabtet f’karozza oħra u f’arblu li kien hemm fit-triq. Ix-xufier, li kien raġel ta’ 64 sena minn Ħal Qormi, weġġa’ ħafif. L-inċident seħħ għall-ħabta tad-8.45pm fi Triq iż-Żejtun f’Birżebbuġa.

Fi stqarrija l-Pulizija qalu li r-raġel tilef il-kontroll tal-vettura u baqa’ dieħel f’vettura oħra, li kienet ipparkjata, u arblu.

Il-persuni involuti ttieħdu l-isptar Mater Dei b’diversi ambulanzi.