Żagħżugħa u passiġġiera jweġġgħu f’inċident f’Għajn Dwieli

Żagħżugħa ta’ 21 sena u passiġġier ta’ 56 sena ddaħħlu l-isptar ħabta f’Għajn Dwieli.
Mill-ewwel informazzjoni jidher li t-tfajla ta’ 21 sena minn Wied il-Għajn ħabtet ma’ karozza oħra misjuqa minn tfajla ta’ 26 sena mill-Fgura li magħha kellha passiġġiera ta’ 56 sena.
Fuq il-post kellhom jissejħu l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili biex jgħinu lil dawk involuti jinħarġu mill-vettura.
It-tfajla ta' 21 sena ma soffriet minn l'ebda ġrieħi. Il-passieġġiera tal-vettura l-oħra qed issofri minn ġrieħi ħfief.