Żagħżugħa toħloq app għal min iżur il-Belt Valletta

Janice Attard li din is-sena se tiggradwa mill-Università ta’ Malta fil-grad ta’ baċellerat bl-unuri fix-Xjenza, fil-qasam tal-Intelliġenza Artifiċjali u l-ICT, rebbħet il-premhu MITA Student Startup.
Dan ifissier li Attard se tingħata borża ta’ studju ekwivalenti għal €7420.
Attard varat app kompattibbli għat-telefonija ċellululari biex dawk li jużawha jkunu jistgħu jsibu żoni ta’ interess fil-Belt Valletta b’dettalji bażiċi bħall-ħinijiet tal-viżitaturi.
L-app saret b’sinerġija ma’ operaturi ta’ lukandi li qed joffru lill-klijenti tagħhom aċċess għal din l-app.
F’ċerimonja, iċ-Ċermen tal-MITA, Tony Sultana qal li huwa ta’ unur għall-MITA li tgħin studenti jiksbu suċċess permezz ta’ diversi inizjattivi.
Preżenti għaċ-ċerimonja kien hemm is-Segretarju Parlamentari Josè Herrera li tkellem dwar il-bżonn ta’ aktar riċerka u innovazzjoni biex prodotti maħluqa mill-istudenti stess jiħdlu fis-suq u jirrendu profit.

Ritratt: DOI – Clodagh Farrugia O.Neil