Żagħżugħa Maltija tikkompeti fit-Trofew tal-Karting fi Franza

Membru żagħżugħa tal-Karting Club Malti, Kylie Camilleri, se tieħu sehem fit-Trofew tal-Karting Academy fi Franza.
Fil-kompetizzjoni se jieħdu sehem 150 sewwieq minn 40 pajjiż madwar id-dinja, bl-Italja ttella’ l-akbar kontinġent, dak ta’ 47 sewwieq.
Kylie ija waħda mit-tliet sewwieqa nisa li se jkunu qed jieħdu sehem.
Membri oħra tal-istess klabb se jikkompetu Sqallija fil-ħames rawnd tal-Kampjonat Reġjonali ta’ din is-sena.