​Żagħżugħa l-isptar wara li ntlaqtet minn karozza

Żagħżugħa ta’ 21 sena kellha tmur l-isptar wara li ntlaqtet minn karozza f’Tas-Sliema
Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-5:30pm fi Triq ix-Xatt.
Il-karozza kienet misjuqa minn raġel li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa.
Iż-żagħżugħa mill-Finlandja ġarrbet ġrieħi ħfief.
Aktar dettalji kif jaslulna.