Żagħżugħa l-isptar wara inċident bil-mutur fix-Xgħajra

Ambulanza-emergenza-2
Miguela Xuereb

Żagħżugħa qiegħda tikseb il-kura fl-Isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’inċident bil-mutur fix-Xgħajra.

Kelliem għall-Pulizija spjega ma’ Newsbook.com.mt li dan ġara fit-3.35pm fi trejqa fil-limiti tax-Xgħajra.

Iż-żagħżugħa ta’ 21 sena mir-Rabat, Għawdex, kienet passiġġiera fuq mutur misjuq minn żagħżugħ ta’ 26 sena minn San Ġwann.

Is-sewwieq tilef il-kontroll tal-mutur u waqa’. Iż-żagħżugħa kellha bżonn ambulanza biex teħodha l-Isptar Mater Dei fejn qed tingħata l-kura.

Il-kundizzjoni tagħha għadha ma tħabbritx.