Żagħżugħa l-isptar wara ħabta fis-Siġġiewi

Żagħżugħa ta’ 26 sena ttieħdet l-isptar wara li kienet involuta f’ħabta bejn żewġ karozzi fis-Siġġiewi.

Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-5.30 pm fi Triq Bur il-Kbir. Iż-żagħżugħa li toqgħod Ħad-Dingli ġarbet ġrieħi ħfief.

Il-karozza l-oħra involuta fl-inċident kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 35 sena miż-Żurrieq. Ir-raġel ma weġġax.