Żagħżugħa gravi wara li ttajret f’Birkirkara

Read in English.

Żagħżugħa qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi wara li ttajret minn karozza waranofsinhar f’Birkirkara.

Il-Karkariża ta’ 20 sena ntlaqtet minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 36 sena minn Birkirkara wkoll. L-inċident ġara fis-12.45pm fi Triq Dun Karm.

Iż-żagħżugħa ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġiet iċċertifikata li għandha ġrieħi gravi.