Żagħżugħa gravi wara inċident tat-traffiku f’Ta’ Xbiex

Żagħżugħa ta’ 20 sena residenti Ħ’Attard sofriet ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’Ta’ Xbiex.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.30am fi Triq Abate Rigord, xħin il-vettura misjuqa mit-tfajla kellha impatt ma’ vettura misjuqa minn raġel ta’ 41 sena li joqgħod l-Imsida.
Iż-żagħżugħa ttieħdet Mater Dei, fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri mill-ġrieħi msemmija.