Żagħżugħa fil-periklu tal-mewt wara li ttajret minn karozza

Tfajla ta’ 14-il sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajret minn karozza fi Triq il-Kosta.
Skont il-Pulizija, Ir-Russa jidher li kienet qed taqsam it-triq quddiem lukanda ewlenija fl-istess triq, xħin, għall-ħabta tal-3.45pm, ittajret minn karozza misjuqa minn mara ta’ 39 sena li toqgħod l-Imġarr.
Triq il-Kosta hija temporanjament magħluqa miż-żewġ naħat.
Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.