Żagħżugħa fil-periklu tal-mewt wara inċident bi quadbike fiż-Żebbuġ

Read in English.

Żagħżugħa tinsab fil-periklu li titlef ħajjitha wara inċident tat-traffiku bi quadbike.

L-inċident ġara fi Triq ix-Xwejni, iż-Żebbuġ, Għawdex, fis-6pm ilbieraħ.

Il-quadbike kien misjuq minn raġel ta’ 28 sena li joqgħod Ħal Qormi. Iż-żagħżugħa Ingliża ta’ 18-il sena kienet riekba miegħu. Hija toqgħod is-Swieqi. Is-sewwieq tilef il-kontroll tal-quadbike.

Fuq il-post issejħu l-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku biex jassistu lill-vittmi. Huma ttieħdu l-isptar, fejn irriżulta li hu qed isofri minn ġrieħi gravi filwaqt li hi qed issofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Bridgette Sultana ħatret inkjesta fuq il-każ.