Żagħżugħa fil-periklu li titlef ħajjitha wara ħabta fis-Swieqi

Żagħżugħa tinsab fil-periklu tal-mewt wara li kienet involuta f’ħabta fis-Swieqi.

L-inċident ġara dalgħodu fis-7.30am fi Triq Sant’Andrija.

Il-ħabta ġrat bejn mutur u karozza. Il-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 27 sena residenti l-Mosta, menrtri l-mutur kien misjuq minn raġel ta’ 32 sena residenti n-Naxxar. Il-vittma Taljana li għandha 25 sena kienet riekba fuq il-mutur. Hija toqgħod in-Naxxar.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lix-xufier tal-mutur u lill-passiġġiera l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat
li qed isofri minn ġrieħi ħfief filwaqt li l-mara ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi
serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Claire-Louise Stafrace Zammit li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.