AħbarijietLokaliŻagħżugħa bi ġrieħi gravi wara li waqgħet minn ġo tieqa Minn Sephora Francalanza - 23 ta' Diċembru 2020 7:25 AMMiguela Xuereb Żagħżugħa waqgħet minn ġo tieqa għal ġo bitħa u weġġgħet gravi.Dan ġara lbieraħ fl-10pm fi Triq l-Isqof F.S. Caruana fl-Imsida.Issejħet ambulanza li ħadet liż-żagħżugħa ta’ 26 sena l-Isptar Mater Dei fejn irriżulta li għandha ġrieħi gravi.