Żagħżugħa bi ġrieħi gravi wara li waqgħet minn fuq żiemel

Żagħżugħa qed issofri minn ġrieħi gravi wara li waqgħet minn fuq żiemel illum waranofsinhar.
L-inċident seħħ fi Triq is-Salina, in-Naxxar għall-ħabta tas-siegħa u kwart.
Fuq il-post issejħet minnufih l-ambulanza u ħadet lit-tfajla l-isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejja.