Żagħżugħa bi grieħi gravi wara inċident fil-Mellieħa

Żagħżugħa ta’ 20 sena qed issofri minn ġrieħi gravi wara ħabta bejn żewġ karozzi fil-Mellieħa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tlieta u nofs ta’ waranofsinhar fi Triq Santa Marija.
It-tfajla, residenti l-Mellieħa, ħabtet bil-karozza tagħha ma’ vettura oħra misjuqa minn raġel ta’ 30 sena wkoll mill-Mellieħa.
Ir-raġel ma sofra l-ebda ġrieħi.