Żagħżugħa bi ġrieħi gravi wara ħabta ma’ xarabank

Żagħżugħa ta’ 22 sena residenti Ħal Qormi sofriet ġrieħi gravi wara li l-karozza li kienet qed issuq ħabtet ma’ xarabank f’Ħal Qormi stess.
Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-10.45pm fi Triq l-Iljun, xħin seħħ l-impatt max-xarabank misjuqa minn raġel ta’ 52 sena li joqgħod iż-Żurrieq.
Ambulanza ħadet lit-tfajla Mater Dei, fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri l-ġrieħi msemmija.
In-nies li kien hemm fix-xarabank ma ġralhom xejn.
Ritratt: Arkivji