Żagħżugħa bi ġrieħi gravi wara ħabta bil-mutur

Żagħżugħa tinsab f’qagħda gravi wara li kienet involuta f’ħabta bil-mutur f’San Pawl il-Baħar.

L-inċident ġara fil-11.15pm fi Triq il-Korp tal-Pijunieri.

Iż-żagħżugħa ta’ 27 sena residenti l-Mosta kienet qed issuq il-mutur meta ħabtet ma’ karozza misjuqa minn raġel ta’ 55 sena residenti San Pawl il-Baħar stess.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna, waqt li l-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Iktar tard hija ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.