​Żagħżugħa bi ġrieħi serji wara li waqgħet ġo xaft

Żagħżugħa  ta’ 19-il sena ġarrbet ġrieħi serji wara li waqgħet madwar żewġ sulari ġo xaft ta’ blokka ta’ appartamenti f’San Ġiljan.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li ġew infurmati bil-każ li seħħ fi Triq Sant’Andrija fil-04:45am. Meta marret fuq il-post il-Pulizija sabet li t-tfajla mis-Slovakkja kienet waqgħet.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu lill-vittma. It-tfajla ttieħdet l-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.