Żagħżugħa arrestata talli ppruvat tisraq familja 5 snin ilu

Miguela Xuereb

Read in English.

Żagħżugħa ġiet arrestata talli ħames snin ilu, pruvat tisraq familja f’Tas-Sliema.

Il-każ ġara fil-15 t’April tal-2015 fit-8pm fi Triq Graham, meta familja kienet dieħla f’darha. Fiż-żona komuni tfaċċat persuna liebsa maskra li ppuntat sikkina lejn il-familja u talbithom il-flus.

Ir-raġel ipprova jirreżisti, u spiċċa qala’ xi daqqiet ta’ sikkina.

L-Iskwadra tar-Reati Maġġuri identifikat lil żagħżugħa ta’ 27 sena bħala s-suspettata ewlenija ta’ dan l-attentat.

Hi qiegħda tinżamm fil-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, il-Furjana, filwaqt li l-investigazzjonjiet għadhom għaddejjin.