Żagħżugħ gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur

Żagħżugħ ta’ 20 sena tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq f’Baħar iċ-Ċagħaq kmieni wara nofsinhar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30pm fi Triq il-Kosta meta ż-żagħżugħ tilef il-kontroll u ħabat f’crash barrier.
Fuq il-post marret ambulanza li ħadet lill-ġuvni l-isptar fejn ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.