Żagħżugħ weġġa’ gravi bil-mutur fi Triq il-Kosta

Triq il-Kosta / Luke Zerafa

Read in English.

Żagħażugħ weġġa’ gravi f’inċident bil-mutur fi Triq Tul il-Kosta in-Naxxar. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.15am meta l-mutur allegatament baqa’ dieħel fir-railing ta’ ġenb it-triq.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat dan l-inċident ma’ Newsbook.com.mt u qalet li huwa ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza.

Aktar tard il-vittma ġie identifikat bħala Taljan u resident San Pawl il-Baħar.