Żagħżugħ u tħobb tħażżeż?

Għat-tielet sena konsekuttiva, iż-żgħażagħ Maltin jistgħu jipparteċipaw f’Taħżiż, proġett ta’ kitba kreattiva tal-Aġenzija Żgħażagħ, li jsir b’kollaborazzjoni mal-Għaqda tal-Malti – Università u l-Fondazzjoni AWL.
Is-sejħa għal TAĦŻIŻ3 hi miftuħa għal żgħażagħ bejn it-18 u t-30 sena, sas-16 ta’ Jannar f’nofsinhar.
Il-qofol tal-proġett huma tliet seminars residenzjali, b’pubblikazzjoni u ċertifikat li jingħataw lejn nofs is-sena d-dieħla.
Għalkemm il-parteċipazzjoni hi b’xejn, dawk magħżula huma mitluba jiddepożitaw €50 li jingħataw lura ġaladarba l-programm ikun komplut b'suċċess.
Id-dati tentattivi għal TAĦŻIŻ3 huma dawn:

  • 6-8 ta' Marzu
  • 1-3 ta' Mejju
  • 3-5 ta' Lulju

Dawk interessati għandhom jibagħtu imejl fuq info.youthmalta@gov.mt jew fuq għaqdatalmalti@gmail.com.