“Żagħżugħ ta’ dejjem” – Marvic lil Narcy

    Awguri lill-attur Narcy Calamatta li llum qed jiċċelebra għeluq il-81 sena tiegħu. Twieled bħal-lum id-9 ta’ Lulju tal-1939.

    Fost l-ewwel awguri li waslu lill-attur illum fuq il-midja soċjali kien hemm dak tal-attriċi Marvic Doughty, magħrufa bħala Marvic Cordina. Hi ddeskrivitu bħala “żagħżugħ ta’ dejjem”.

    Narcy Calamatta għandu karriera twila fit-televiżjoni, films, teatru u radju u bla dubju li l-aktar karattru li baqa’ assoċjat miegħu matul is-snin huwa dak ta’ Wenzu fis-sensiela Wenzu u Rożi.

    Fost il-produzzjonijiet barrannin li ħa sehem fihom insibu Trenchcoat (1983), The Wednesday Play (1969 – BBC), Eye Witness (1978) u Boy Meets Girl (1967). Fiċ-ċinema lokali ħadem ukoll fil-film Ħabbilni Ħa Nirbaħ.

    Awguri Narcy!