Aġġornata (2): Żagħżugħ jitlef ħajtu f’inċident tat-traffiku; ieħor isofri ġrieħi gravi

Matt Meilak ta' 22 sena mis-Swieqi tilef ħajtu, wara li l-karozza li kien qiegħed fiha kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq ir-Rabat in-Nadur, fil-parti magħrufa tax-xhajma.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-3:45 meta s-sewwieq tal-vettura, li wkoll għandu 22 sena minn San Ġwann, tilef il-kontroll bil-konsegwenza li daħal f'ħajt u arblu tad-dawl.
Fil-karozza kien hemm żewġ żgħażagħ oħra ta’ 22 sena. Jidher li wieħed minn dawn iż-żgħażagħ qed isofri minn ġrieħi gravi iżda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.
Is-sewwieq u ż-żagħżugħ l-ieħor ma soffrew l-ebda ġrieħi.
Fuq il-post issejħet l-ambulanza u anke l-membri tal-protezzjoni ċivili.
Il-Pulizija qed tinvestiga dan il-każ u nfetħet ukoll inkjesta maġisterjali.