Żagħżugħ ta’ 22 sena ħati li ffalsifika flus

Fil-Qorti t’Għawdex tressaq b’arrest Rodrick Vassallo ta’ 22 sena, residenti s-Siggiewi, akkużat li ffalsifika xi biljett tal-flus jew mexxa biljett tal-flus falsifikat.

Huwa wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u ġie kkundannat 16-il xahar priġunerija sospiżi għal sentejn u nofs.