​Żagħżugħ ta’ 21 gravi wara inċident bil-mutur

Żagħżugħ ta’ 21 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kellu inċident bil-mutur fi Triq Ħal Tarxien, il-Gudja.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident għall-ħabta tat-3:00pm.
Skont il-Pulizija, iż-żagħżugħ ħabat ma’ karozza misjuqa minn minn mara ta’ 41 sena, residenti Marsaskala. Iż-żagħżugħ joqgħod Ħaż-Żabbar.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.