Żagħżugħ ta’ 18-il sena weġġa’ waqt xogħlu fil-Belt

Miguela Xuereb

Żagħżugħ ta’ 18-il sena mill-Kosta tal-Avorju sofra ġrieħi gravi wara li weġġa’ f’sit ta’ kostruzzjoni li kien qed jaħdem fih fi Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta.

Il-Pulizija kienu infurmati fis-1.20pm li kien hemm bżonn l-assistenza f’din it-triq minħabba li kien weġġa’ ħaddiem f’sit ta kostruzzjoni. Irriżulta li r-raġel sofra ġrieħi wara li waqa’ minn għoli.

Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku li taw l-ewwel għajnuna. Ambulanza ħadet lil vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.